Il-kunsill lokali ta’ Raħal Ġdid iddeċieda li ġnien f’Raħal Ġdid jissemma għall-eks Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, li serva wkoll bħala l-ewwel sindku ta’ din il-lokalità.
Dan il-ġnien,li bħalissa jinsab magħluq, jinsab fi Triq San Alwiġi u bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ preparazzjoni sabiex fix-xhur li ġejjin jiġi riġenerat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-ġranet li ġejjin mistenni joħroġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll ikun finalizzat il-proċess tat-tender.