Il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid se jkun jorganizza attività tal-Halloween fi Ġnien Sir Paul Boffa nhar l-Erbgħa 30 u l-Ħamis 31 ta’ Ottubru mis-sitta ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
Is-Sindku tal-lokalità Jason Silvio spjega ma’ ONE NEWS li f’din l-attività se jkun hemm numru ta’ attrazzjonijiet u divertiment għall-kulħadd.
Qal, “L-attivita tal-Halloween se tkun maqsuma f’erbgħa partijiet, fejn l-bandli, eżattament qed hawnhekk warajja se jkun armat bil-props tal-Halloween u dwal speċjali. Għandek parti oħra fejn it-tfal li ħa jattendu għal din l-attività ħa jkun jista’ jsir, bil-helpers tagħna, il-face painting. Imbagħad għandek parti oħra tal-ġnien, l-aktar parti eċitanti ta’ din l-attività, hija l-ispooky garden. L-ispooky garden se jkun magħmul mill-ħafna props ġganteski, ħa jieħdu sehem fih ukoll numru sabiħ ta’ atturi li ovvjament ħa jagħmlu din il-parti tal-ġnien aktar eċitanti.”
Is-Sindku kompla jgħid, kif din l-attività se tkun qed tittella’ għall-kawża ġusta.
Il-biljetti għal din l-attività jistgħu jinkisbu mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid għall-10 ewro għall-adulti u 5 ewro għat-tfal li nkluż miegħu se jkun hemm xi ħaġa tal-ikel u x-xorb.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw ukoll minn mal-entratura tal-attività.