Il-Ġnien biswit il-mitħna tal-Mosta se jkun imsemmi għat-tabib Victor Calvagna.
Oriġnarjament il-ġnien kien magħruf bħala l-għalqa ta’ Ċikku Fenech, li kien għex il-biċċa l-kbira ta’ ħajtu ġewwa din l-għalqa, iżda wara li saru laqgħat mal-familja ta’ Dr Victor Calvagna ġie deċiż li dan il-ġnien propju jissemma għalih.
Din l-għalqa li tesa’ kważi daqs grawnd tal-futbol, se tkun qed tinbidel f’pulmun għal diversi familji f’żona urbana b’investiment ta’ miljun ewro.
Dan l-investiment, li dalwaqt ikun lest, se jindirizza l-bżonn ta’ spazju pubbliku aħdar f’nofs żona urbana.