Dawl installat fil-bitħa tal-Palazz tal-President kompla jsebbaħ din il-ġawhra storika li fl-aħħar xhur kienet irrestawrata. Restawr li sar ftit taż-żmien qabel Malta tieħu l-Presidenza għalkemm fi żjara tal-Ministru Joe Mizzi kien iċċarat li r-restawr mhux marbut m’hekk biss hekk kif se jibqa’ jitgawda ferm iktar.
Stefan Zrinzo Azzopardi ċ-chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, spjega kif l-investiment li sar fil-palazz presidenzjali fi ftit xhur .Bl-ikbar xogħol ikun dak fil-kamra li qabel kienet il-Kamra tad-Deputati tal-Parlament.
Iżda, apparti x-xogħol fil-palazz presidenzjali ,fil-Belt Valletta għaddejjien proġetti ma jaqtgħu xejn. Anke għaliex minbarra li l-Belt Valletta se tkun ċentrali fil-presidenza, fl-2018 se tkun il-Belt Kapitali tal-Kultura.Il-Ministru Joe Mizzi spjega kif dawn huma kollha proġetti li qed isiru b’ivestimenti ta’ miljuni kbar ta’ ewro.
Mizzi fakkar ukoll li twaqqaf Direttorat, li jiġbor fih għadd ta’ entitajiet taħt il-Ministeru tiegħu biex isiru xogħolijiet ta’ tiswija, manutenzjoni, dwal u upgrading ta’ bankini, spażju miftuħ u areas oħra ġewwa l-Belt. L-iskop ta’ dan huwa li jkun hemm entita’ ffukata u dedikata b’riżorsi biex tilħaq dan l-iskop.
Mizzi temm jgħid li dan kollu għandu jwassal għal dehra aħjar u isbah tal-Belt Valletta.