Ikompli jinkixef il-ġmiel tal-iskulturi fil-ġebel li kienu mixkufa b’kumbinazzjoni f’Jannar li għadda, waqt xogħol volontarju li kien qed isir fil-bażilika tal-Isla.
Il-parti li nkixfet hija parti minn dak li kien baqa’ mill-Knisja, peress li din kienet iġġarrfet fi żmien il-Gwerra. Aktarx li pilastri oħrajn li jinsabu fuq l-istess naħa tal-knisja u għandhom skultura simili, għadhom mgħottija.
Bħalissa xogħol ta’ restawr biex dawn l-skulturi jinkixfu kollha u jiġu kkonservati bħala parti mill-patrimonju nazzjonali.
Dawn huma ritratti li juru l-aħħar avvanzi fix-xogħol.