Ħaddiema tas-salvataġġ fil-Ġappun għaddejjin fi ġlieda kontra l-ħin fit-tfittxija għal nies li setgħu salvaw it-terremot tal-aħħar jum tas-sena l-oħra, hekk kif issa diġà għaddew l-ewwel tlett ijiem li segwew meqjusa kritiċi biex jinstabu nies ħajjin.
Minn tal-inqas sebgħa u sebgħin persuna nqatlu fit-terremot b’qawwa ta’ sebgħa punt sitta li heżżeż iż-żona remota ta’ Noto nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta tal-erbgħa u għaxra ta’ waranosfinhar, ħin tal-Ġappun.
Ħafna nies huma maħsuba li nqabdu taħt it-tifrik tad-djar li ġġarrfu, l-iktar fl-ibliet ta’ Suzu u Wajima.
Wara tnejn u sebgħin siegħa, li issa għaddew, iċ-ċans li jinstabu nies ħajjin, jonqos sostanzjalment.
Għexieren ta’ eluf ta’ residenti għadhom s’issa bla dawl u ilma, filwaqt li mijiet oħra għadhom iżolati mill-għajnuna minħabba l-valangi u t-toroq imblukkati li hemm.
Il-Prim Ministru tal-Ġappun, Fumio Kishida qal li mija u ħamsin persuna ġew salvati, u l-ħaddiema tas-salvataġġ se jibqgħu jaħdmu biex isalvaw kemm jista’ jkun nies.