10:26: Il-Pulizija kkonfermaw li fl-argument, li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħaxija, kienu involuti fih grupp ta’ nies fejn waqt dan l-argument żewġt irġiel mis-Serbja, wieħed ta’ 36 sena u l-ieħor ta’ 43 sena sofrew xi ġrieħi.
Waqt l-argument, il-vittmi allegatament qalgħu daqqiet ta` baseball bets u għaldaqstant fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika fejn aktar tard huma ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.
Aktar Qabel: Ninsabu informati li l-bieraħ filgħaxija seħħet ġlieda kbira bejn grupp ta’ persuni barranin f’Buġibba.
Skont kif qalulna persuni li kienu qrib, il-ġlieda kienet bejn ħames persuni, u żewġ persuni ndarbu serjament.
L-inċident seħħ fi Triq Bordino.
Filwaqt li l-Pulizija ikkonfermat li seħħ l-inċident, mistennija tippublika dettalji fil-ħin li ġej.