Tliet irġiel Sirjani kienu involuti fi ġlieda li seħħet fis-13:30 fi Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera.
Tnejn minnhom weġġgħu ħafif. Wieħed minnhom ta’ 32 sena resident Birkirkara ittieħed f’ċentru tas-saħħa fejn irriżulta li kellu feriti ħfief. Ieħor ta’ 36 sena residenti Ħal Tarxien ittieħed l-Isptar Mater Dei u ma sofriex minn feriti gravi.
It-tielet Sirjan involut fil-ġlieda għandu tlieta u għoxrin sena residenti Santa Venera. Huwa ma weġġax waqt il-ġlieda.