Ferrovija kellha titwaqqaf mill-Pulizija wara li passiġġieri li kienu abbord qabdu jiġġieldu u bdew iwaddbu l-bagels.
Minħabba f’hekk il-ferrovija kellha tieqaf f’Potters Bar, f’Hertfordshire fl-Ingilterra fis-sigħa ta’ filgħodu l-Ħadd li għadda.
F’filmat li ġie ppubblikat fuq Twitter deheru nisa ipoġġu l-bagels fuq ras raġel li ftit wara hu qabadhom u waddabhom barra mit-tieqa.
Il-ferrovija għamlet waqfa ta’ tmintax-il minuta sakemm il-Pulizija ħadet kumment mingħand dawk li kienu abbord.