Żewġt’irġiel sfaw attakkati bi flixkun tal-ħġieġ, minħabba tfajla, liema raġel wettaq dan l-aġir jiġi mressaq il-qorti llum. Il-każ ġara nhar il-Erbgħa li għadda f’Paceville u ż-żagħżugħ ta’ 22 sena minn Ħaż-Żabbar ġie akkużat li kiser il-paċi pubblika, hedded u darab gravi liż-żewgt irgiel. Kiser ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u weġġa’ lit-tfajla b’mod serju fit-30 ta’ Ottubru.
Dan kollu gara wara li z-zewgt irgiel ippruvaw jittantaw lit-tfajla tieghu u waqt li attakkahom bi flixkun imkisser, safa bi snienu mkissrin.
L-akkużat kien meħlus fuq garanzija personali ta’ €500. Kien ordnat ukoll biex ma jersaqx lejn Paceville filwaqt li tpoġġa taħt superviżjoni. Inaħrġet ukoll ordni ta’ protezzjoni mill-qorti. Il-Maġistrat li mexxa l-prosekuzzjoni kien Anthony Vella