Mara ntbagħtet 14-il xahar ħabs wara li kisret għadd ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, filwaqt li wettqet żewġ reati.
Charlene Gatt ġiet arrestata lejlet il-Festa tal-Vittorja wara li daħlet f’għassa tal-Pulizija wara li kien inqala’ diżgwid f’gabbana tal-imqaret.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, sabet lil Gatt ħatja u ordnat li tintbagħat sena u xahrejn ħabs.
Il-Maġistrat Frendo Dimech ordnat ukoll li t-€8,500 li Gatt kienet ħallset f’garanziji għall-ħelsien mill-arrest jiġu kkonfiskati favur il-Gvern.