Dalgħodi għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart seħħ argument ġo stabbiliment fi Triq il-Mazzola, San Pawl il-Baħar.
Raġel Serb ta’ 45 sena residenti San Ġwann, waqt argument, ġie ferut b’daqqa ta oġġett iebes.
L-aggressur, raġel ta’ nazzjonalita’ Libjana ta’ 29 sena u residenti f’San Pawl il-Baħar, ħarab min fuq il-post. Huwa ġie imfittex u arrestat iktar tard.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma. Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.