Ilbierah filgħaxija għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart seħħ argument fi Triq San Ġorġ, f’Paceville.
L-argument qam bejn żewġ Libjani u Amerikan, iżda sakemm il-Pulizija kienet qiegħda tipprova tikkalma s-sitwazzjoni, l-Amerikan ħarab minn fuq il-post. Huwa instab ftit ‘il bogħod u ittieħed l-isptar għall-kura.
Il-Libjani għandhom 33 sena u 35 sena u l-Amerikan għandu 35 sena.
Waqt l-argument, il-Libjan ta’ 35 sena nbotta lill-Amerikan, li waqa’ u ħabat rasu ma’ skip tal-ħadid u qala’ diversi daqqiet. L-Amerikan ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel Libjan ta’ 35 sena wkoll ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief. Filwaqt li r-raġel ta’ 33 sena rrifjuta l-assistenza medika.
Iż-żewġt irġiel Libjani għadhom qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-istħarriġ li għadu għaddej.