Il-lejl li għadda nqalgħet ġlieda bejn seba’ persuni fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista, fi Triq Dawret it-Torri, f’Santa Luċija.
L-argument inqala’ għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu.
Il-persuni involuti kollha Maltin, u għandhom bejn is-26 u s-37 sena.
Madankollu jidher li ħadd ma ddaħħal l-isptar għal xi ġrieħi.