Tard ilbieraħ filgħaxija, ħames persuni ġew arrestati mill-Pulizija wara ġlieda kbira max-xatt ta’ Tas-Sliema.
Matul din il-ġlieda bejn grupp ta’ Libjani u Maltin saret ħsara fuq il-proprjetà tal-istabbiliment li kienu fih.
Il-Pulizija arrestaw żewġ Maltin u tliet Libjani. F’din il-ġlieda ebda persuna ma sofriet ġrieħi ta’ natura gravi. Huwa mifhum li se jkunu qed jitressqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.