Il-Pulizija qiegħda tinvestiga każ ta’ ġlieda bejn madwar 10 persuni.
Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, il-ġlieda seħħet ftit tal-ħin ilu.
Jidher li l-ġlieda saret viċin il-bajja tal-Rinella fil-Kalkara.
Għadu mhux magħruf jekk weġġax xi ħadd.