Forzi tas-sigurtà u dawk li jappoġġjaw lill-Oppożizzjoni spiċċaw jiġġieldu bejniethom fil-kapitali ta’ Żimbabwe fost protesti fuq id-dewmien li kien hemm biex jiġi ddikjarat il-vot tal-elezzjoni presidenzjali.
Minn tal-inqas, protestant wieħed inqatel mill-pulizija.
Ir-riżultati parlamentari qed juru lil Zanu-PF fuq nett tal-quċċata bl-akbar maġġoranza, filwaqt li r-riżultat presidenzjali għad irid jiġi ddikjarat.
Il-President Emmerson Mnangagwa appella għall-paċenzja u l-kalma wara li saru l-ewwel elezzjonijiet minn mindu l-mexxej li serva fit-tul, Robert Mugabe tneħħa mis-setgħa li kellu.