Il-Gvern tal-Etjopja iddikjara waqfien mill-ġlied fir-reġjun ta’ Tigray, dan hekk kif ir-ribelli ħadu taħt kontroll il-kapitali reġjonali ta’ Mekelle.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif eluf ta’ residenti dehru jiċċelebraw, itajru l-bnadar u jisparaw il-murtali fit-toroq.
Il-kunflitt f’dan ir-reġjun, li ilu għaddejj għal dawn l-aħħar tmien xhur, wassal għal kriżi umanitarja, b’aktar minn ħames miljun persuna jaf jispiċċaw bla ikel u xorb.
Il-ġlied bejn ir-ribelli u l-Gvern beda wara bidliet li għamel il-Prim Ministru tal-pajjiż li kienu bbażati fuq sistema federali.
Huwa mifhum li f’dan il-ġlied mietu mijiet ta’ persuni.