Bħalissa għaddej ġlied f’Panjshir bejn il-forzi tat-Taliban u l-forzi li qed jirreżistu l-ħtif tal-poter mit-Taliban fl-Afganistan. Din hija waħda mill-iżgħar provinċji fl-Afganistan u li s’issa għadha ma waqgħetx taħt il-kontroll tagħhom.
Qed jiġi rrapportat illi dan il-ġlied ħalla mijiet ta’ persuni mejta.