Matul il-lejl li għadda kien hemm tensjonijiet u ġlied bejn gruppi militari differenti fil-kapitali Libjana, Tripli.
Qed ikun irrapportat li dan il-ġlied eskala wara li nqatel kmandant ta’ grupp militari. Iżda din għadha ma ġietx ikkonfermata mill-Gvern Libjan.
Il-Ministeru għas-Saħħa Libjan iddikjara stat ta’ emerġenza, filwaqt li l-Ministeru għall-Intern Libjan appella lin-nies biex kemm jista’ jkun jibqgħu ġewwa.
L-Ajruport ta’ Tripli ngħalaq, waqt li bosta skejjel ukoll inżammu magħluqin.
Il-Ġnus Magħquda appellat biex il-partijiet kollha jiefqu mill-ġlied, waqt li saħqu dwar l-importanza li n-nies ikunu siguri.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern Malti, Byron Camilleri, qal li hu informat li uffiċjali Maltin, inkluż dawk tal-Forzi Armati ta’ Malta, li jinsabu fil-pajjiż huma siguri.