Raġel ta’ 53 sena jinsab f’qagħda kritika wara attakk li sar barra l-grawnd ta’ Anfield qabel il-logħba tas-semi finali bejn Liverpool u Ruma.
Żewġ żgħażagħ wieħed ta’ 25 u l-ieħor ta’ 26 sena minn Ruma ġew arrestati fuq attentat ta’ qtil.
Il-vittma jidher li kien sapporter tat-tim ta’ Liverpool u sofra minn ġrieħi f’rasu. Il-pulizija qalu li qed jiġi rikoverat fl-isptar.
Bosta Maltin kienu preżenti għal din il-logħba u mill-informazzjoni li għandu ONE News, jidher li ħadd minnhom ma weġġa’ f’dan l-inċident.