Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u Ewroparlamentari Malti, Alex Agius Saliba sostna li n-nominat Malti għall-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef jinsab ippreparat.
Ftit sigħat qabel il-grilling ta’ Micallef, Agius Saliba tkellem mal-ġurnalisti fil-binja tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
Agius Saliba spjega li l-proċess qabel il-grilling kien wieħed twil, fejn Glenn Micallef iltaqa’ ma’ bosta Membri Parlamentari Ewropej, kemm ma’ dawk Soċjalisti u anki partiti minn gruppi politiċi oħrajn.
L-Ewroparlamentari Laburista sostna kif il-portafoll ta’ Micallef, li jinkludi ż-żgħażagħ, il-ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet, l-isport u l-kultura, huwa wieħed importanti.
Intqal li l-feedback wara l-laqgħat li saru kien wieħed pożittiv, hekk kif ir-rwol taż-żgħażagħ se jkun f’idejn l-iżgħar Kummissarju nominat u anki minħabba li jaf sew l-istituzzjonijiet Ewropej u bl-esperejnza tiegħu bħala negozjatur.