Il-membru Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield inħatar Viċi President tal-Kumitati tal-Kamra. Il-mozzjoni tal-Prim Ministru kienet sekondata mill-Ministru Chris Cardona. L-oppożizzjoni vvutat kontra.
Il-kamra approvat unanimament l-ewwel qari ta’ tliet abbozzi ta’ liġi: dak li jemenda diversi liġijiet (riforma dwar il-pensjonijiet), imressaq mill-Ministru għall-ekonomija, investiment u negozji żgħar; l-Abbozz ta’ li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija imressaq mis-segretarju parlamentari għar-riformi, ċittadinanza u simplifikazzjoni tal-proċessi amministrattivi tipproponi:u l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, imressaq mill-Ministru għall-Ġustizzja.