Minn fuq it-tieni distrett ġie elett il-kandidat Glenn Bedingfield bħala deputat fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista.
Bedingfield ġie elett fuq id-distrett li ċediet Helena Dalli fejn kienu biċ-ċans li jiġu eletti Glenn Bedingfield, Stefan Buontempo u Mark Causon.
L-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali beda dalgħodu sabiex jimtlew is-seba siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Laburista.