Glenn Micallef, se jkun in-nominat ta’ pajjiżna għall-irwol ta’ Kummissarju Ewropew.
Ħabbar dan il-Prim Ministru, Robert Abela, f’intervista mal-ġurnalist tan-Newsbook, Matthew Xuereb.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru ddeskriva lil Micallef bħala bniedem teknokratiku li dejjem ġab fuq quddiem l-interess nazzjonali, hekk kif kien anke strumentali sabiex inġieb lejn pajjiżna l-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej.
Micallef serva fost l-oħrajn bħala Kap tas-Segretarjat fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru.