L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi kkonfermat li l-Malti mitkellem mill-pulizija dwar il-każ tal-Mellieħa huwa Glen Farrugia.
Jirriżulta li l-kuntrattur li mhux membru mal-MDA u li lanqas huwa reġistrat bħala kuntrattur.
Glen Farrugia huwa wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors.
Il-pulizija qed tinvestiga jekk ir-raġel ta’ 32 sena mill-Ghana, li nstab jokrob fuq bankina fl-inħawi ta’ Selmun, tħalliex minn xi ħadd mal-art wara li allegatament waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fi stqarrija l-MDA saħqet li s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati hija importanti ħafna.