Sabiex jiċċelebraw it-30 anniversarju tagħhom, Gladiators Promotions qed torganizza avveniment mill-aqwa ta’ jumejn bl-isem ta’ Gladiators Fight Night 30 – Lord of the Rings. Dan se jsir fl-arena ta’ Montekristo Estate f`Ħal Farruġ, nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Lulju u s-Sibt 20 ta’ Lulju.
Iż-żewġ avvenimenti se jinkludu numru sostanzjali ta’ ġlidiet minn ħames dixxiplini sportivi differenti mill- qasam tal-Boxing, MMA, Muay Thai, kickboxing, u K1 rules.
Matul il-jumejn tal-avveniment, se jittellgħu 44 bouts minn diversi kategoriji, livelli, stili, klabbs u nazzjonijiet differenti. L-avveniment se jinkludi wkoll ħames titli differenti fi tliet dixxiplini differenti, inklużi r-regoli tal-boxing, Muay Thai, u K1 rules.
It-Titolu tal-K1 Gladiators se jkun ikkontestat fi tliet ġlidiet:
•Giancarlo Feliciono ta’ Team Satori Italja vs Skyler Bezzina ta’ Team Noel Malta
•Faris Lukovic ta’ Fort Fitness Malta vs Evangellos Tzortzis ta’ Team Valakis
•Jesred Piscopo ta’ Team Noel vs Badr Ghazy ta’ Golden Fighter Sqallija
Il-WBC Muay Thai Amateur Mediterranean Championship Belt huwa kkontestat fi ġlieda oħra bejn Luigi Merenda ta’ Team Satori Italja vs Adam Laamouz ta’ Team Noel Malta.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, it-titlu nazzjonali tal-boxing super middleweight se jinkludi lil Christian Schembri Coqqos minn Team Fort Fitness vs Elton Azzopardi minn Team Vikings.
Gladiators Promotion tħeġġeġ lid-dilettanti kollha ta’ dan l-isport biex jattendu u jappoġġjaw lill-ġellieda favoriti tagħhom.
Kull min hu interessat għandu jikkuntattja lil Master Noel Mercieca fuq 99546296 jew Mariana Azzopardi fuq 79208283.