Wieħed mill-avvenimenti sportivi ewlenin ta’ matul dan is-sajf kien bla dubju ta’ xejn ‘Lord of the Rings’, ċelebrazzjoni ta’ jumejn tat-30 anniversarju tal-Gladiators Promotions li sar ftit tal-ġimgħat ilu.
L-avveniment ta’ jumejn f’MonteKristo wassal spettaklu mill-aqwa bi ġlied inkredibbli, ir-ritorn ta’ boxers kbar, ġlied għaċ-ċinturini tat-titlu, u rematches bejn ġellieda leġġendarji.
Maqsuma fuq jumejn, l’ udjenza kbira rat 37 bout meraviljużi, inkluż amateur boxing taġt ir-regoli Olimpici, Muay Thai, Mixed Martial Arts, boxing professjonali, Kickboxing, u Kickboxing taħt ir-regolamenti tal-K1.
Il-World Boxing Council Muaythai (WBC Muaythai), il-Malta Boxing Federation (MBF), il-Malta Kickboxing Association (MKBA), u l-Malta Boxing Association (MBA) ħadmu flimkien biex jappoġġjaw Gladiators Promotions u jissorveljaw id-dixxiplina rilevanti matul dan l-avveniment mill-aqwa li kien fih sitt dixxiplini tal-ġlied f’avveniment wieħed.
B’dispjaċir, erba’ ġliediet, fosthom il-ġlieda għaċ-ċinturin tat-titlu WBC Muay Thai bejn Luigi Merenda ta’ Team Satori Italy u Adam Laamouz ta’ Team Noel Malta, tħassru wkoll b’riżultat tal-bug ta’ Microsoft li seħħ fi tmiem dik il-ġimgħa.
Madankollu, l-avveniment tkompla u b’lista prestiġjuża ta’ kompetituri, l-avveniment ra lill-boxer popolari Brandon Borg Boħon jiffaċċja lill-Seamus Devlin ta’ Team UK fi ġlieda ta’ 4 rounds x 3 minuti ta’ boxing għar-ritorn professjonali.
Il-boxer malti għeleb lill-ġellied tar-Renju Unit b’prestazzjoni impressjonanti biex reġa’ beda l-karriera professjonali tiegħu.
Fi ġlieda tar-regoli tal-K1 Kickboxing ta’ 3 rounds x 3 minuti kontra l-ġellied Badr Ghazy mill-Golden Fighter Sqallija, il-ġellied lokali minn Team Noel Jesred Piscopo ta prestazzjoni mill-aqwa fit-tliet rounds. Ħuwa ħadem ħafna matul it-tliet rawnds u flaħħar mill-aħħar rebaħ biex ħa d-dar iċ-ċinturin tat-titlu tal-Gladiators.
Danzell Azzopardi tan-New Kickboxing Club u Skyler Bezzina minn Team Noel Club, żewġ ġellieda żgħażagħ promettenti, ħarġu rebbieħa f’ġlieda ta’ 3 rounds x 2 minuti kontra l-avversarji tagħhom. Dan tal-aħħar ħabat kontra l-ġellied Taljan minn Team Satori Giancarlo Feliciano.
Għall-kickboxers Maltin, din kienet l-ewwel waħda li qatt rebħu ċ-ċinturin tat-titlu tal-Gladiators taħt ir-regoli tal-K1 Kickboxing. Bi prestazzjoni eċċellenti t-tnejn irnexxielhom jegħlbuw lill-avversarju matul it-tliet rawnds, bil-judges jagħtu rebħa bid-deċiżjonijiet tagħhom b’mod anonimu għaż-żewġ ġellieda.
Filwat li l-Ġimgħa filgħaxija, il-ġellied lokali tal-heavyweight tal-Mixed Martial Arts Aleandor Schembri Manicaro tela’ fi ġlieda ta’ 3 rounds x 3 minuti kontra Aris Koutsodimos tat-Team Draculino Greece. Il-ġellied Malti tal-MMA beda r-rawnd tal-ftuħ mill-ewwel fuq l avversarju, huwa kompla jitjieb matul it-tieni u t-tielet rawnd, li fl-aħħar mill-aħħar wassluh biex jirbaħ il-ġlieda.
L-avveniment ta’ jumejn tal-Gladitors tant kien eċċitanti li ma setax jintemm qabel il-konfront tat-titlu nazzjonali għal Boxing Super Middle Weight, li kien fih ir-rematch bejn Christian Schembri Coqqos ta’ Team Fort Fitness Malta u Elton Azzopardi ta’ Team Vikings Malta.
B’folla maqsuma tappoġġja liż-żewġ ġellieda matul il-ġlieda kollha ta’ 10 rounds bi 3 minuti, l-udenjza rat ġlieda ikkontestata ħafna mill-qrib bejn iż-żewġ boxers Maltin. Madankollu, mir-rokna l-blu, bi prestazzjoni impekkabbli matul l-10 rounds kollha Elton Azzopardi ġie ppronunzjat rebbieħ.
Issa li dan l-avveniment wasal fi tmiemu, l-promoturi tal-Gladiators esprimew il-gratitudni tagħhom lill-udjenza lokali li attendiet fiż-żewġ jiem u kompliet tappoġġja lill-ġellieda tagħhom matul l-avveniment. Fl-aħħar nett, feraħ lill-ġellieda kollha li pparteċipaw.