Is-sena 2024 kienet sena mill-aqwa għall-films u kif ukoll għaċ-ċinema.
Dan jiġi wara ftit snin iebsa għal industrija tal-fims, iżda ħafna qed iqisu din is-sena bħala raġġ ta’ dawl. Dan hu s-sentiment ta’ ħafna kritiċi rinomati tal-films madwar id-dinja hekk kif l-aħħar sena pprovdiet numru kbir ta’ films b’riżultat li aktar persuni resqu lejn iċ-ċinema.
L-2024 rat ir-ritorn b’saħħtu ta’ blockbusters, musicals li għamlu l-flus, u kien hemm ukoll sinjali ta’ ħajja mill-ġenru romantic comedy.
Iżda liema kienu l-aktar produzzjonijiet responsabbli għal dan? Liema kienu l-aktar films li ħallew togħma tajba fost dawk li għażlu jżuru s-swali taċ-ċinema fl-aħħar sena.
Wieħed mill-aqwa films għal din is-sena kien il-film “Immaculate”. Dan il-film tal-biża jittratta storja ta’ soru, bl-attriċi hija Sydney Sweeney, li tkun qed tgħix f’kunvent Taljan. Hawn hija titgħallem li dak li tara mhuwiex kollu minnu.
Film ieħor li kellu diversi reazzjonijiet kien “Civil War”.
Mix-xena tal-Marvel, ir-ritorn ta’ Deadpool u Wolverine nieżel għasel ukoll ma diversi persuni madwar id-dinja kollha, speċjalment f’Malta.
Anke l-film Furiosa; Mad Max Saga mar tajjeb din is-sena.
Madankollu, film li niżel tajjeb ħafna kien “Wicked”, fejn ra diversi żgħażagħ jmorru ċ-ċinima lebsin il-kulur roża u aħdar.
Iżda żgur, l-elfejn erba’ u għoxrin se jibqa’ immarkat bil-film “Gladiator 2” li wera xeni mill-isbaħ, bil-maġġoranza tagħhom inħaddmu f’Malta. Biss biss, f’dan il-film ħadmu 720 crew Malti u aktar minn 1,300 extra.
Dwar dan, kellimna mal-kritiku tal-films Mario Azzopardi.
“Naturalment kien jinteressani ħafna Gladiator 2, li hawn Malta mar tajjeb. Barra minn Malta bata xi ftit, imma wkoll inġabar fl-Ewropea. Ċertament li Ridyley Scott qed jgħid li huwa sodisfatt bi dħul li għamel dan il-film u donnu qed jgħid li żgur se jaħdem it-tielet wieħed”.
Mario Azzopardi, Kritiku tal-Films
Din is-sena wkoll ħarġet l-aħbar li ċ-ċelebrità ta’ Hollywood, Mel Gibson se jkun qiegħed jaħdem serje televiżiva dwar l-Assedju l-Kbir tal-1565, f’Malta.
Dawn wara żjara tiegħu li kien għamel f’pajjiżna fejn f’intervista kien qal li baqa’ impressjonat b’dak li sab u skopra dwar pajjiżna.
“Nistennew aktar sequeals, u aktar reboots. Minn Frar ‘il quddiem dejjem tista’ tgħid li se jkun hemm film tajjeb.”
Mario Azzopardi, Kritiku tal-Films