Nhar il-Ħamis 8 t’ Awwissu se tkun qed issir ġirja ta’ ħames kilometri fit-toroq tal-Belt Valletta.
L-attività qed tkun organizzata mill-Valletta Cultural Agency, il-Malta Employers Sports Association u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Kull min jieħu sehem fil-ġirja se jkun qed iħallas għaxar ewro, filwaqt li hemm il-possibbilità li tieħu sehem f’mixja ta’ żewġ kilometri u tagħti donazzjoni.
Il-flus miġbura se jmorru għall-Malta Comunity Chest Fund.
L-iskop tal-ġirja u l-mixja huwa li titkattar il-familja sportiva fost il-ħaddiema kollha, filwaqt li l-ħsieb huwa li din tibda ssir kull sena.