Kmieni is-Sibt filgħodu mijiet ta’ atleti ħadu sehem f’bosta tiġrijiet organizzati mill-ACAMH, l-assoċjazzjoni internazzjonali li tiffoka fuq il-qasam tas-saħħa mentali fit-tfal u ż-żgħażagħ. Dawn it-tiġrijiet bdew kollha mill-Isptar Monte Karmeli.
Għal din l-attività, li hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha, ħadu sehem ukoll diversi professjonisti li jaħdmu fil-qasam inkluż tobba u infermiera.
Ħadu sehem ukoll numru ta’ service-users fejn assistew fl-aspetti loġistiki tal-attivitajiet.
L-appell ta’ ACAMH Malta kien li bħala poplu għandna ningħaqdu biex flimkien ngħelbu l-istigma li hemm fuq il-pazjenti u s-servizzi tas-saħħa mentali.