Dalgħodu tħabbret ir-rotta tal-Global Run Valletta 2016, ġirja organizatta bil-għan li jingabru fondi għal Puttini Cares. Dawn jixtiequ li jibnu appartamenti ġodda f’Londra, biex tingħata għajnuna lill-Maltin li għandhom il-marda tal-kanċer.
Kulħadd mistieden jattendi nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru. Id-distanzji se jvarjaw minn ħames sa għaxar kilometri.
Iċ-chairman tal-Awtorità għat-Turizmu Gavin Gulia qal li Malta qed tibni reputazzjoni tajba fis-settur turistiku, anke meta jkun imżewweġ mal-qasam sportiv, propju bħal m’hi din l-attività.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li l-Gverb jilqa’ l-inizjattivi mis-settur privat għax jirrifletu l-atmosfera pożittiva li hawn f’pajjizna, filwaqt li tikber il-kultura ta’ ħajja iktar b’saħħitha u attiva.