‘Run to the Rhythm’, ġirja bħala waħda mill-attivitajiet tal-kampanija Pink October, organizzata mit-tim organizzattiv u Eurosport.
Il-ġirja ta’ 10km se titlaq mill-Kumpless Turistiku ta’ Bay Street, San Ġiljan, nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru fit-8.30am, u tibqa’ sejra sal-Gżira u lura.
Il-qraba u l-ħbieb tal-parteċipanti li jixtieq jagħtuhom l-appoġġ tagħhom, u fl-istess ħin jingħaqdu fid-divertiment, jistgħu jiċċaqilqu waqt iż-żumba u jieħdu sehem f’attivitajiet oħra fil-Fun and Outdoor Fitness Area ta’ Bay Street, fil-Bajja ta’ San Ġorġ.
Ir-reġistrazzjoni hi ta’ €10 u tista’ ssir mis-sit http://pinkoctober.support/events/run/. L-ewwel 500 persuna li jirreġistraw se jingħataw flokk tekniku b’xejn u kupun mingħand Eurosport ta’ Triq Psaila Birkirkara, li jkun jista’ jinġabar nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru bejn l-4pm u s-7pm jew is-Sibt 15 ta’ Ottubru bejn id-9.00am u 12.00pm. Dawk li jirreġistraw bl-internet jidħlu wkoll fiċ-ċans li jirbħu €1000 fi vjaġġar mingħand FCM Travel Solutions.
Pink October 2016 tressaq flimkien lill-Fondazzjoni Marigold, Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer, JPA, il-maġġoranza tad-djar tax-xandir ta’ Malta u diversi msieħba għall-organizzazzjoni ta’ wieħed mill-akbar avvenimenti filantropiċi għar-riċerka fuq il-kanċer tas-sider u biex titqajjem aktar kuxjenza f’Malta.