Is-sidien ta’ tlett idjar li jgħixu maġenb is-sit ta’ kostruzzjoni, li wassal biex waqgħet dar u nħasdet il-ħajja ta’ Miriam Pace sentejn ilu, fetħu proċeduri l-Qorti sabiex jingħataw kumpens tal-ħsara li seħħet fil-propjetà tagħhom.
Il-ġirien ta’ Pace fetħu żewġ protesti ġudizzjarji.
F’dawn iż-żewġ protesti ġudizzjarji qed jintqal li wara t-traġedja, saret ħsara fil-propjetà tagħhom, iżda ma kien hemm ebda tiswijiet.
Huma qed jappellaw biex jingħataw kumpens għal dawn id-danni.
Miriam Pace tilfet ħajjtiha fit-2 ta’ Marzu ta’ sentejn ilu u nstabet bla ħajja wara operazzjoni li damet għal sigħat sħaħ qalb it-tifrik.
Il-periti kienu nstabu ħatja u kkundannati jagħmlu minn tal-inqas erba’ mitt siegħa servizz fil-komunità u t-tnejn li huma ġew ordnati jħallsu multi u erbgħin elf ewro fi spejjeż tal-Qorti wara li kienu nstabu ħatja tal-qtil involontarju ta’ Miriam Pace.
B’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tal-kuntrattur u l-bennej.