Eric Carter ta’ 44 sena u Arthur Mario Psaila ta’ 41 sena, żewġ ġirien minn Ħaż-Żabbar inżammu arrestati wara argument li nqala’ bejniethom, li beda fuq kelb.
L-argument seħħ meta allegatament kelb ta’ xi ħadd minnhom ingħata daqqiet bi xkupa mill-familja l-oħra.
Iż-żewġt irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.