Giorgia Mae llum għalqet disa’ snin.
Missierha Robert Abela awguralha u qallha biex tibqa’ żżomm it-tbissima fuq fommha u tferraħ lin-nies ta’ madwarha. Qallha li jħobbha wisq.
Filwaqt li ommha Lydia Abela awguratilha permezz tal-midja soċjali u qalitha li tħobbha immens.
Bosta huma dawk li qegħdin jawguraw l-isbaħ xewqat lil bint il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Abela, f’dan il-jum speċjali
Intant it-tim kollu ta’ ONE jawgura l-isbaħ xewqat lil Giorgia Mae.