Minkejja l-prestazzjoni mill-aqwa li tat, il-kantanta ta’ 10 snin, Giorgia Borg, sfortunatament ma għamlitix għall-finali ta’ Britain’s Got Talent.
Kien ilbieraħ filgħaxija li ttella’ s-semi-finali ta’ BGT fejn kien hemm biss tmien postijiet biex jimtlew.
L-eliminazzjoni ta’ Giorgia ma ntlaqat tajjeb mill-udjenza hekk kif kienu bosta li ma qablux ma’ din id-deċiżjoni.
Giorgia telgħet mill-ewwel għas-semi finali wara li waħda mill-ġurija tatha l-Golden Buzzer.