Tan-Nazzjon dalgħodu ppersistew fil-gidba li jien għandi xi kariga f’Kastilja li qed nitħallas għaliha. Bħall-kap tagħhom…giddibin u foloz. Pubblikament nisfidhom iġibu prova waħda ta’ dak li qalu.
Hekk kiteb Gino Cauchi, Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.
Storja fuq il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista dalgħodu tallega li Cauchi għandu ‘kariga f’Kastilja’ mingħajr ma tgħid x’inhi din il-kariga. Għaliha, Cauchi jingħad li jaqla ‘salarju’, b’dettalji dwar dan is-salarju huma ‘mhux magħrufa’.