Ġimgħa wara ġimgħa, il-qgħad qed ikompli jonqos.
Dan sostnieh il-Prim Ministru Robert Abela, li waqt il-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio, aċċenna wkoll għas-sitwazzjoni fejn minkejja l-pandemija, pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ qgħad qatt irreġistrata: “Sal-bieraħ il-persuni qiegħda huma 1,257. Niżlet ghal dik iċ-ċifra. F’mument li t-tbassir qalilna 50,000 persuna bla xogħol issa naqas f’rati rekord.”
Il-Prim Ministru fakkar kif id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jimpattax il-manifattura tul il-pandemija wkoll ħalliet il-frott.
Sa din il-ġimgħa stess kien hemm kumpanija li ħabbret li se tinvesti u toħloq mitt impjieg ta’ kwalità.
Il-Prim Ministru sostna: “Il-privat irreċiproka b’ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità. F’mument fejn ħerġin minn pandemija, dan in-negozju espanda, li se tfisser €8 miljun fl-ekonomija.”
Il-Prim Ministru faħħar ukoll lill-kumpaniji li laqgħu l-inċentivi tal-Gvern u qed jaqilbu l-proċessi tagħhom biex jiġu aktar sostenibbli u jieħdu ħsieb l-ambjent: “Din il-fabbrika qed tara li tigi self-sufficient permezz tal-panelli solari fejn tigi l-enerġija.”
Fakkar ukoll fl-iskemi marbuta mat-tax credits li tnedew mill-Gvern biex ikompli jgħin aktar kumpaniji waqt il-pandemija.
Dr Abela elenka ħemel ta’ miżuri li tħabbru fil-Budget li huma intiżi li jassistu liċ-ċittadini u lin-negozji.
Miżuri li se jkunu qed jgħinu kull faxxa tas-soċjetà.
Huwa temm jgħid: “Kuntrarjament jiddispjaċini ngħid għall-Oppożizzjoni li jiddispjaċini ngħid li ħlief tisma’ d-diskussjoni waqt l-estimi ħlief negattività, kollox ħażin u meta tifttex proposti jew alternattivi ma tismax. Negattività biss.”
Aqra wkoll: