Illum se jkun qed jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għall-pubbliku fl-okkażżjoni tal-209 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Matul din il-ġimgħa, il-pubbliku huwa mistieden sabiex f’atmosferma rilassanti jiltaqa’ mill-qrib mal-membri tal-Korp tal-Pulizija, fl-istess ħin isegwi wirjiet mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija mit-Taqsima tal-Klieb u anke mit-Taqsima tal-Kavallerija.
L-ewwel attività se tkun qed titella’ fi Triq iż-Żonqor f’ Wied il-Għajn u se tkun qed tibda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija.
L-attivitajiet ikomplu kuljum sa nhar il-Ġimgħa u jibdew fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija:
It-Tlieta, 4 ta’ Lulju – Pjazza San Pawl, l-Imdina,
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju – Triq it-Torri, Tas-Sliema,
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju – fil-Pjazza ta’ Buġibba,
Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju – Il-Menqa ta’ Marsalforn, Għawdex.