Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 1,078 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Il-maġġoranza tal-multi, 809, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.
Inħarġu wkoll 160 u multa għal nies li nġabru fi gruppi ta’ iktar minn dak permess fil-pubbliku.
Kien hemm ukoll 76 persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.
Barra minn hekk, 7 stabbiliment weħlu multa għax kisru il-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li 10 persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.
Ingħataw ukoll 13-il multa f’każi ta’ regoli miksura minn servizzi meqjusa mhux essenzjali u 3 multi b’rabta ma’ attivitajiet tal-massa.