Tul l-aħħar ġimgħa ta’ Lulju, id-Dwana nterċetta €11,500 fi flus mhux iddikjarati, tliet pakketti ta’ ħaxixa tal-kannabis u tliet pakketti reżina tal-kannabis, kilo reżina tal-kannabis li wasal bil-posta, tabakk tax-xixa f’Pembroke, sigaretti fil-Marsa u prodotti tal-alkoħol f’San Ġiljan.
Fi stqarrija d-Dwana spjegat kif din kienet ġimgħa impenjattiva ħafna.
Spjegaw kif il-Ġimgħa, id-Dwana interċetta l-flus mhux iddikjarati fl-Ajruport fuq passiġġiera Bulgara li kienet sejra Sofia.
Intant aktar kmieni din il-ġimgħa, fl-Ajruport, ix-xamma ta’ kelb tad-Dwana wasslet għas-sejba ta’ sitt pakketti droga, fosthom ħaxixa u reżina.
Tul l-istess ġimgħa, ix-xamma tal-kelb tad-Dwana Sparky wasslet għas-sejba ta’ kilo reżina tal-kannabis.
Spjegaw kif wara tfittxijiet mid-Dwana f’bosta ħwienet, uffiċjali tad-Dwana sabu pakketti tax-xixa u kif ukoll fliexken tal-alkoħol f’ħanut f’San Ġiljan. Intant wara tallba għall-għajnuna wara sejba ta’ ammont ta’ pakketti ta’ sigaretti tal-kuntrabandu, Sudaniż ġie arrestat fil-Marsa wara li nqabad b’ammont ta’ sigaretti tal-kuntrabandu.