“Il-ġimgħa li għaddiet kont Bodrum. Tal-biża!”
Kliem Joan Agius, li sa ftit tal-jiem ilu kienet tinsab fejn seħħ terremot qawwi. Kienet parti minn vjaġġ abbord cruise liner, li waqaf it-Turkija. Stqarret magħna li Bodrum huwa post sabiħ, kif jidher mir-ritratti li ħadet hemm.
Is-sitwazzjoni bħalissa f’Bodrum hija għal kollox differenti.
It-terremot laqat fil-baħar Eġew, u ħalla effetti fit-Turkija u l-Greċja. Residenti li kienu Bodrum irrakkontaw xeni koroh mal-mezzi tax-xandir internazzjonali. Kaptan ta’ dgħajsa li għandu 40 sena spjega dak li ġara. Kien abbord id-dgħajsa meta seħħew terremot u tsunami.
There was first a noise and then a roar. Before I could ask ‘what’s happening?’ my boat was dragged toward the shore. We found ourselves on the shore.
Oħrajn, turisti bħal Joan, li kellhom ix-xorti ħażin jmorru ġimgħa wara, irrakkontaw hekk.
We’re all a bit shaken up. We had been having a lovely evening down in the hotel and got up to our room an hour before [the quake] struck.
We were literally dozing off when the first tremor struck. From then on it was a bit of a surreal nightmarish experience.
I was semi-conscious. At first I panicked and I was a bit fear-struck, but then slowly trying to process what was happening.
Everything was shaking really vigorously. I’ve never felt anything like it before. Almost as if the ground was going to cave in.