Is-supermudella ta’ fama mondjali Gigi Hadid żvelat li għandha dik li tissejjaħ Hashimoto’s disease; kundizzjoni li taffetwa l-glandola tat-tirojde, li forsi nafuha aktar bħala t-thyroid.
Il-mudella ta’ 21 sena stqarret ma’ Elle Magaizne li qed tieħu l-kura għal hypothyroidism, jiġifieri meta l-meatobliżmu jibda jaħdem bil-mod u jista’ jirriżulta f’żieda fil-piż u dipressjoni. Ilha tieħu dan it-trattament għal sentejn, u temmen li dak hu li jwassalha biex tkun daqshekk irqiqa.
“Il-metaboliżmu tiegħi inbidel bħal tal-imġienen din is-sena” stqarret Gigi, filwaqt li kompliet tgħid li ma tixtieqx titlef aktar piż għall-kumpalment ta’ din is-sena.
Omm il-mudella, Yolanda, issofri minn marda relatata, bl-isem ta’ Lyme disease. Dan huwa fatt li kemm-il darba ssemma u li jbatu minnu anke oħtha Bella (kif jixhed isimha magħrufa għall-isbuħija tagħha) u ħuhom iż-żgħir Anwar.