Ftit sigħat qabel jibda l-kunċert Summerlust f’Ħal Għaxaq, wasal Malta il-kantant Naplitan ta’ fama dinjija, Gigi D’Alessio. Din mhix l-ewwel darba li dan il-kantant, li diġà biegħ aktar minn 30 miljun diska fil-karriera tiegħu, ġie fostna fejn ukoll għandu ħafna segwaċi.
Il-kunċert f’pajjiżna mit-8:00 ta’ filgħaxija għandu l-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti, Festivals Malta u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.
Crew ta’ ONE News kien fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mal-wasla ta’ D’Alessio, fejn qalilna kemm hu għal qalbu pajjiżna.
“Nerġa’ ntenni ngħid li hu ta’ gost tiegħi li niġi f’Malta, kważi kważi sar il-‘comfort zone’ tiegħi. Għalija Malta hi biċċa oħra mill-Italja, jew l-Italja hi parti minn Malta, għax daqskemm aħna qrib xulxin, li lanqas narawha d-distanza ta’ bejnietna u, fuq kollox, kulma hemm bejn iż-żewġ pajjiżi hu ajruplan ta’ siegħa, u appena tasal Malta.”
Il-Kantant, Gigi D”Alessio