Għaxaq Music Events ħabbru li din is-sena, Gigi D’Alessio se jkun il-protagonist tas-Summer LUST Music Festival f’Ħal Għaxaq. Wara s-suċċess ta’ edizzjonijiet preċedenti b’artisti bħal Umberto Tozzi u Anastacia, il-festival jerġa’ jġib spettaklu eċċezzjonali.
Il-kunċert ser isir nhar is-Sibt, 10 ta’ Mejju, fi Għaxaq Grounds. D’Alessio, maħbub ferm mill-Maltin, biegħ aktar minn 30 miljun album u hu magħruf għall-mużika Naplitana tiegħu. Fost il-kanzunetti popolari li se jesebixxi hemm “Non Dirgli Mai”, “Mon Amour”, u “Come Suena el Corazón”.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn www.showshappening.com. Għal aktar informazzjoni, żur SummerLust Għaxaq Music Events fuq Facebook. Dan il-festival qed isir taħt il-patroċinju tal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta.