Mhux kull ma jleqq hu deheb! F’dan il-każ, mhux kull min ikanta sabiħ ikollu kont bankarju sabiħ ma’ leħnu.
Negozji li marru ħażin u nfiq ħażin wassal biex il-kumpaniji tal-kantant Gigi D’Alessio huma esposti għal dejn li jlaħħaq il-€25 mijun. Id-dejn tiegħu swieħ ukoll il-ħbiberija ma’ Valeria Marini, li jafha €200,000.
“Se jkolli nkanta għal ħmistax-il sena li jmiss, biex nibda nfiq mid-dejn”, qal il-kantant Naplitan mal-Corrieri della Sera.
Gigi D’Alessio ġie hawn Malta f’April li għadda, meta kien kanta f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.