Għad-disa’ sena konsekuttiva ġiet organizzata l-attività Ġenna ta’ Ġonna. Matul il-jum tal-Ħadd it-toroq tal-Furjana kienu qed joffru xi ħaġa differenti għall-pubbliku li żaru din l-attività.
ONE News tkellem mas-Sindku ta’ din il-lokalità Davina Sammut Hili, li qalet li l-għan ta’ din l-attività hija li tiftaħ il-bibien tal-Furjana lil pubbliku.
Sammut Hili spjegat li “attivitajiet varji għal din l-attività, fosthom esbizzjonijiet mill-pulizija, mis-sezzjoni tal-klieb kif ukoll miż-żwiemel. Kien hawn ukoll esebizzjoni ta’ karozzi klassiċi, reenactments minn diversi għaqdiet lokali.”
L-għaqdiet lokali f’dan il-jum inġabru flimkien sabiex ilkoll flimkien mal-Kunsill Lokali għamlu din l-attività.
F’dan il-jum, il-postijiet storiċi f’din il-belt infetħu mingħajr ħlas u l-pubbliku kellu ċ-ċans iżur il-ġonna pubbliċi wkoll.