Ġieli mort f’xi stabbiliment tad-divertiment u tiddejjaq b’xi kummenti li jgħaddulek jew esperjenzajt xi tip ta’ fastidju sesswali? Dwar dan aġenzija fir-Renju Unit għamlet riċerka.
Minn riċerka li saret jirriżulta li terz tal-istudenti li jistudjaw fir-Renju Unit jesperjenzaw xi tip ta’ fastidju sesswali meta jmorru f’xi stabbiliment tad-divertiment.
Skont din ir-riċerka, iżjed minn 50% tat-tfajliet ingħataw attenzjoni li ma kinux qed ifittxu, filwaqt li l-fastidju sesswali kien ikklasifikat bħala l-iktar raġuni popolari ta’ esperjenza negattiva meta l-istudenti joħorġu jiddevertu.
Fuq din il-lista nsibu wkoll aktar sitwazzjonijiet li jħallu effett negattiv fuq dawn l-istudenti fosthom:
- L-effetti ta’ xorb eċċessiv
- Il-ġlied fl-istabbilimenti ta’ divertiment
Dwar dan, l-Ingliżi għażlu li jagħmlu kampanja biex iħeġġu liż-żgħażagħ jitkellmu meta jesperjenzaw xi fastidju sesswali. Kelliem ta’ din il-kampanja spjega, li meta persuna tagħti fastidju sesswali kontra r-rieda tal-persuna l-oħra, legalment dan jiġi abbuż sesswali.