Dak li xxomm, taħlita ta’ pjanti u speċi differenti, se tkun tista’ ssibu fi flixkun, grazzi għall-aromaterapista Stephen Cordina u l-aħħar kollezzjoni tiegħu ‘San Anton’. Hija kollezzjoni li tiġbor fiha r-riħa tas-siġar u pjanti li ilhom f’San Anton snin twal.
Il-kollezzjoni saret taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, se tkun preżentata lil dinjitarji li jkunu fis-suites privati l-Palazz u se tkun għall bejgħ fil-Palazz waqt avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi, inkluż f’Jum l-Omm li dlwaqt magħna.
Kwart tal-qliegħ minn kull bejgħ se jingħata lill-Malta Community Chest Fund Foundation.